Tul din is-sena saru diversi xogholijiet ohra mill-Voluntiera, fosthom:
i) Xiri ta’ sitt brazzi li jehlu flok il-fannijiet, u donazzjoni ta’ sitt brazzi ohra li gew adattati ghall-Milied.
L-injam taghhom sar mis-Sur Tony Pace.
ii) Sar tarag biex jintuza ghas-sepulkru li inhadem
iii) Inqalghet l-irhama li tfakkar il-ftuh tac-centru Pastorali fl-1992 u twahhlet fuq wara tal-kappella, biex
v) L-art li ddawwar il-kappella giet ippatchjata bil-konkons f’partijiet fejn dan kien nieqes.
vi) Ircevejna sett tat-televizjoni biex jintuza l-aktar ghat-taghlim tad-duttrina
vi) Gew rregalati statwa tal-Qalb ta’ Gesu’ li baqghet fil-kappella stess, kif ukoll diversi pasturi sabiex jintuzaw ghall-Milied. Din id-donazzjoni saret minn Andrew Micallef u Patrick Muxi.
Din is-sena wkoll, bhas-snin l-imghoddija, komplejna bil-manutensjoni tal-kappella fejn sar xoghol ta’ tikhil u tibjid tas-soqfa u l-hitan tat-tlett ikmamar li jservu bhala klassijiet tad-duttrina, kif ukoll bhala post fejn jintrefa’ anke xi armar li jintuza fil-kappella matul is-sena, f’xi festi partikulari. Is-sagristija u l-istore ta’ wara ukoll sarilhom xi xoghol ta’ manutensjoni fihom. Ix-xoghol sar
Hajr lil Dun David Farrugia
Wara ix-xoghol li sar fuq gewwa tal-kappella matul is-sena li ghaddiet, din is-sena inhasset il-htiega li l-kappella tinghata dawra sew minn barra.
Ix-xoghol, li jikkonsisti f'dawra l-bjut, u tnehhija tal-materjal l-antik, tikhil u tibjid tal- hitan esterni tal-kappella, beda nhar it-Tnjen 11 ta' Awissu 2008 bil-hsieb li jkun lest lejn l-ahhar ta' dan ix-xahar stess, u l-bidu ta' Settembru, ix-xahar li fiha nfakkru lil Marija Bambina.
Grazzi lil dawk kollha li urew interess, anke bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji li minn zmien ghal zmien qed jaghtu b'risq dan il-progett.
Hajr lil Fr David Farrugia
Kien ilu jinhass il-bzonn li l-Kappella ta' Marija Bambina tinghata dehra aktar attrajenti. Bl-inizjattiva ta' Dun David Farrugia, Vici-Parroku tal-Parorcca ta' Hal Luqa, bhal issa qed isir xoghol ta' tisbieh f'din l-istess kappella. Huwa mistenni li l-Kappella terga tinfetah mill-gdid f'Settembru li gej fl-okkazjoni tal-festa tal-Vitorja.
Inheggu lir-residenti kollha ta' Hal Farrug sabiex jaghtu l-ghajnuna mehtiega ghal dan il-progett.